BEGIN:VCALENDAR
VERSION:2.0
PRODID:-//Mediterranean Conference Centre - ECPv6.17.3.1//NONSGML v1.0//EN
CALSCALE:GREGORIAN
METHOD:PUBLISH
X-ORIGINAL-URL:https://mcc.com.mt
X-WR-CALDESC:Events for Mediterranean Conference Centre
REFRESH-INTERVAL;VALUE=DURATION:PT1H
X-Robots-Tag:noindex
X-PUBLISHED-TTL:PT1H
BEGIN:VTIMEZONE
TZID:Europe/Malta
BEGIN:DAYLIGHT
TZOFFSETFROM:+0100
TZOFFSETTO:+0200
TZNAME:CEST
DTSTART:20250330T010000
END:DAYLIGHT
BEGIN:STANDARD
TZOFFSETFROM:+0200
TZOFFSETTO:+0100
TZNAME:CET
DTSTART:20251026T010000
END:STANDARD
BEGIN:DAYLIGHT
TZOFFSETFROM:+0100
TZOFFSETTO:+0200
TZNAME:CEST
DTSTART:20260329T010000
END:DAYLIGHT
BEGIN:STANDARD
TZOFFSETFROM:+0200
TZOFFSETTO:+0100
TZNAME:CET
DTSTART:20261025T010000
END:STANDARD
BEGIN:DAYLIGHT
TZOFFSETFROM:+0100
TZOFFSETTO:+0200
TZNAME:CEST
DTSTART:20270328T010000
END:DAYLIGHT
BEGIN:STANDARD
TZOFFSETFROM:+0200
TZOFFSETTO:+0100
TZNAME:CET
DTSTART:20271031T010000
END:STANDARD
END:VTIMEZONE
BEGIN:VEVENT
DTSTART;TZID=Europe/Malta:20261219T193000
DTEND;TZID=Europe/Malta:20261219T213000
DTSTAMP:20260929T060616Z
CREATED:20260929T060616Z
LAST-MODIFIED:20260929T060616Z
UID:6200-1797708600-1797715800@mcc.com.mt
SUMMARY:Jiddu l-Kwiekeb 2026
DESCRIPTION:Wara s-suċċess kbir bl-introduzzjoni tal-kunċert mużikali Jiddu l-Kwiekeb… Lejla ta’ spettaklu u armonija s-sena li għaddiet f’Dar il-Mediterran\, il-Kumpanija Teatru Rjal qed tipprepara bis-sħiħ lejla oħra ta’ spettaklu u armonija bl-isem Jiddu l-Kwiekeb 2026\, għal darb’oħra fit-teatru prestiġjuż u storiku ta’ Dar il-Mediterran\, il-Belt\, nhar is-Sibt 19 ta’ Diċembru 2026 fis-7.30pm. \nId-direzzjoni għażlet li żżomm l-istess isem tas-sena li għaddiet għax il-ħsieb tal-organizzaturi wara l-isem ‘Jiddu l-Kwiekeb’ huwa li din is-serata tkun minn sena għall-oħra dedikata għal dawk il-persuni li minn wara l-kwinti jaħdmu matul is-sena kollha biex jagħmlu l-ħajja ta’ persuni fil-bżonn ftit aktar faċli waqt li joffru l-għajnuna u l-appoġġ tagħhom bla ħlas. \nFost il-ħafna għaqdiet u organizzazzjonijiet volontarji li ma jiqfux jagħmlu l-ġid f’pajjiżna matul is-sena kollha\, ċertament hemm Puttinu Cares li jaħdmu bla heda ma’ persuni u tfal morda u jassistuhom f’Malta u barra fil-kura li jkollhom bżonn. \nGħalhekk il-Kumpanija Teatru Rjal se jkun qed tgħaddi parti mid-dħul tal-biljett ta’ din l-edizzjoni ta’ Jiddu l-Kwiekeb 2026 lil din l-organizzazzjoni\, immexxija minn persuni li verament huma kewkba li tiddi u titfa’ raġġ ta’ tama f’kull min iħabbat il-bieb tagħha. \nF’atmosfera mill-isbaħ l-udjenza se tgawdi siltiet mużikali immortali kemm internazzjonali kif ukoll Maltin li jqanqlu l-ferħ\, divertiment\, nostalġija u spettaklu mhux biss mużikali imma wkoll viżiv\, kif inhi rinomata ħafna li tagħmel din il-kumpanija. \nFuq il-palk se jkunu preżenti ismijiet magħrufa bħal Neville Refalo\, Ludwig Galea\, J Anvil\, Mark Tonna\, Corazon\, Talitha\, Sarah Bajada\, Debbie Scerri\, il-kor VOCA taħt id-direzzjoni ta’ Nathalie Camilleri u l-assistenta Lara Bonnici\, u l-kor tat-tfal Future Voices immexxi minn Maria Bellia u Iona Dalli. Ismijiet li jiggarantixxu serata mill-isbaħ u ta’ livell bla preċedent fil-produzzjonijiet imtellgħa mill-Kumpanija Teatru Rjal. \nMa’ dawn il-preżenza ta’ orkestra ta’ għaxar elementi li se tkun immexxija minn Conrad Briffa. \nIl-preżentazzjoni se tkun f’idejn Marica Cassar\, persuna oħra b’esperjenza twila u tant versatili fuq il-palk Malti. \nKull min hu midħla tal-produzzjonijiet mużikali li tellgħet il-Kumpanija Teatru Rjal matul l-34 sena mit-twaqqif tagħha\, jaf li għandu jistenna serata indimentikabbli ta’ mużika sabiħa fi sfond ta’ spettaklu ta’ dwal\, projections\, sound u korjografija tal-ogħla livell\, li laħaq il-quċċata tiegħu meta s-sena li għaddiet irrikorriet għall-ewwel darba għat-teatru prestiġjuż ta’ Dan il-Mediterran fil-Belt Valletta. \nTinsewx li ma’ kull biljett maqtugħ\, minbarra garanzija ta’ serata mill-aktar pjaċevoli\, se tkunu qegħdin tgħinu b’mod dirett lil Puttinu Cares. Tħallux għall-aħħar.
URL:https://mcc.com.mt/event/jiddu-l-kwiekeb-2026/
LOCATION:Republic Hall\, Mediterranean Conference Centre\, Valletta\, Malta
ATTACH;FMTTYPE=image/jpeg:https://mcc.com.mt/wp-content/uploads/2026/09/Kwiekeb.jpeg
ORGANIZER;CN="KUMPANIJA TEATRU RJAL":MAILTO:info@ktrmalta..com
END:VEVENT
BEGIN:VEVENT
DTSTART;TZID=Europe/Malta:20261226T143000
DTEND;TZID=Europe/Malta:20261226T173000
DTSTAMP:20260929T061039Z
CREATED:20260929T061039Z
LAST-MODIFIED:20260929T061039Z
UID:6203-1798295400-1798306200@mcc.com.mt
SUMMARY:Bella u l-Bestja
DESCRIPTION:
URL:https://mcc.com.mt/event/bella-u-l-bestja/2026-12-26/
LOCATION:Republic Hall\, Mediterranean Conference Centre\, Valletta\, Malta
ATTACH;FMTTYPE=image/jpeg:https://mcc.com.mt/wp-content/uploads/2026/09/Panto.jpg
ORGANIZER;CN="KUMPANIJA TEATRU RJAL":MAILTO:info@ktrmalta..com
END:VEVENT
END:VCALENDAR